Il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar relazzjonijiet ġodda mar-Renju Unit

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat jgħid li qed jinbnew relazzjonijiet ġodda mar-Renju Unit, filwaqt li qed jsir ‘bridging’ mal-pajjiżi li Malta diġa’ għandha relazzjoniet tajbin magħhom.

Fi Brussell, waqt konferenza tal-aħbarijiet għal-ħabta tat-tmienja, Dr Joseph Muscat qal li l-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ċempillu personalment fuq it-telefon ċellulari tiegħu. Il-Prim Ministru kompla billi tkellem dwar il-‘bridging’ li qed jsir biex Malta tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoniet tajbin li diġa għandha ma pajjizi oħra fosthom il-Lussemburgu.

Dr Muscat insita fuq il-punt li Dr Gonzi, il-predeċessur tiegħu kellu relazzjoniet tajbin mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Junker. Qal li hu personalment kellmu biex ikomplu jġeddu din ir-relazzjoni għall-ġid ta’ Malta.

Ritratti: Daniel Balzan