Il-Prim Ministru jivvota għall-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ivvota fl-elezzjoni għall-ħatra tal-Eżekuttiv Nazzjonali. F’din l-elezzjoni qed jikkontestaw 17–il kandidat li minnhom iridu jkunu eletti 12–il membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali.
Il-kontestanti f’din l-elezzjoni huma: Frans Agius, Mario Azzopardi, Ġuża Cassar, Jesmond Cutajar, Raymond Falzon, Monica Farrugia, Catherine Fenech, Neville Gafa’, Martin Mamo, Carlo Mifsud, Michael Parnis, Manuel Rocco, Etelbert Schembri, Keith Vella, Nikita Zammit Alamango, Alfred Zammit u Jurgen Zammit.
Il-votazzjoni qed issir fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun u fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat Għawdex.