Il-Prim Ministru jista’ jħabbar ir-reshuffle fis-sigħat li ġejjin

Il-Kap Eżekuttiv tal-Freeport, Aaron Farrugia fuq Facebook qal li fis-sigħat li ġejjin il-Prim Ministru Joseph Muscat jista' jħabbar it-tibdil fil-Kabinett. 
Ilbieraħ għal mistoqsijiet ta' Newsbook.com.mt, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-ewwel ried jiffoka fuq il-ħatra tal-President il-ġdid qabel iħabbar dan it-tibdil.
Fil-jiem li għaddew sorsi f'Kastilja kienu sostnew ma' Newsbook.com.mt li dan ir-reshuffle seta' tħabbar il-Ħamis li għadda.