Il-Prim Ministru jinawgura l-uffiċini ta’ Chetcuti Cauchi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu inawgura l-espansjoni tal-uffiċċju tal-avukati Chetcuti Cauchi Advocates bbażati fil-Belt Valletta.
Din id-ditta tal-avukati, li bħalissa timpjega 170 persuna, toffri pariri u rappreżentanza legali fis-servizzi korporattivi, kummerċjali u finanzjarji-legali.
Il-Prim Ministru nnota li Chetcuti Cauchi Advocates huma eżempju perfett ta' intraprenditorija Maltija u t-talent tal-Maltin li nkunu innovattivi.
30% fil-mija tal-impjegati tad-ditta legali huma barranin minn 23 pajjiż.