Il-Prim Ministru jiltaqa’ mal-Prinċep Karlu tal-Ingilterra

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa privata ta’ erbgħin minuta mal-Prinċep Karlu tal-Ingilterra.
Dan kien wieħed mill-aħħar impenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt iż-żjara tiegħu fir-Renju Unit għal-laqgħat tal-Commonwealth.
Il-Prim Ministru mexxa laqgħa, organizzata mill-Prinċep Karlu, dwar l-ekonomiji tal-gżejjer stati żgħar li għaliha attendew diversi mexxejja ta’ gżejjer żgħar membri tal-Commonwealth.
Waqt il-laqgħa l-mexxejja ffukaw dwar il-bżonn li gżejjer stati żgħar jibdnu ekonomiji sostenibbli u flessibbli.