Il-Prim Ministru jiltaqa’ ma’ Christabelle wara l-Malta Eurovision

Il-Prim Ministru laqa’ u feraħ personalment lil Christabelle u t-tim rebbieħ tal-Malta Eurovision 2018.
F’Kastilja, il-Prim Ministru feraħ lill-kantanta u sema’ kif għexet dawn il-mumenti tar-rebħa u kif qed tipprepara għall-esperjenza tagħha f’Lisbona.
Feraħ lill-kantanta ukoll mhux biss tar-rebħa imma wkoll tal-messaġġ pożittiv li qed tgħaddi l-kanzunetta biex tgħin lil dawk li għaddejjin minn diffikultajiet minħabba kundizzjonijiet mentali.
Borg b’reazzjoni għal dan irringrazzjat lill-Prim Ministru u qaltlu li tinsab kuntenta li l-messaġġ diġa intlaqa’ b’mod pożittiv ħafna u se tibqa’ xxerred l-istess messaġġ sa meta tirrappreżenta lil Malta fil-Portugall.
Ritratt: DOI