Il-Prim Ministru jiffirma petizzjoni favur il-Maltin fuq YouTube

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u 11-il Membru Parlamentari mil-Partit Laburista, Partit Nazzjonalista, u Partit Demokratiku iffirmaw petizzjoni biex jappellaw lill-Google biex tinkludi lil Malta fil-partner program ta’ YouTube.
Dan il-programm iħalli lill-kreaturi tal-filmati biex jagħmlu l-flus mil-kontenut li jtellgħu fuq YouTube.
Fabian Borg li beda l-petizzjoni qal li l-kumpanija Google qed tagħmel diskriminazzjoni mal-Maltin peress illi dawn ma jistgħux jagħmlu qligħ mill-kontenut tagħhom. Borg qal li minkejja dan, is-servizzi ta’ Google u YouTube huma mimlija b’reklami li jidhru f’Malta.
Fabian Borg spjega kif il-produzzjoni ta’ kontenut ta’ kwalità tinvolvi l-ħin, l-apparat, software, u spejjeż għat-trasport. Qal li jekk il-kreaturi tal-kontenut ikunu jistgħu jagħmlu qliegħ minn fuq ix-xogħol tagħhom, dawn l-ispejjeż jittaffew.
Tista' tara l-petizzjoni sħiħa hawn.