Il-Prim Ministru jħalli Malta għal taħdidiet fl-Ukrajna

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat illum waranofsinhar ħalla Malta għall-Ukrajna fejn mistenni jkollu laqgħat mal-President tal-Ukrajna Viktor Yanukovich u l-Prim Ministru Mykola Azarov.

Id-delegazzjoni tal-Prim Ministru se tkun magħmula mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George Vella u s-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku Edward Zammit Lewis.