Il-Prim Ministru jgħid li Għawdex tibqa’ fil-qalba tal-politika tal-Partit Nazzjonalista

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li l-gżira ta’ Għawdex tibqa’ fil-qalba tal-politika tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk Gvern Nazzjonalista jibqa’ deċiż li jinvesti miljuni kbar b’risq il-familji Għawdxin.

Il-Prim Ministru qal dan meta kien qed jitkellem f’Għajnsielem Għawdex. Huwa semma l-isforz li kellu jagħmel biex il-pajjiz, minkejja l-kriżi ekonomika u t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta, jikseb iktar fondi mill-Unjoni Ewropea.

Huwa qal li l-investiment bil-fondi Ewropej taw ir-riżultati, tant li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret kif il-pajjiż hu stmat li se jkollu t-tieni l-ikbar rata ta’ tkabbir ekonomiku għas-sena 2013 fost il-pajjiżi taz-zona ewro, u dan jidher biċ-ċar li l-pajjiż m’għandux bżonn bidla fid-direzzjoni.