Il-Prim Ministru jappella għal aktar sanzjonijiet fuq ir-Russja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat appella lill-Unjoni Ewropea biex timponi sanzjonijiet fuq ir-Russja.
Waqt intervista fuq is-CNN, il-Prim Ministru qal li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tieħu azzjoni sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
Dr Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-problema tal-immigrazzjoni li qed jaffaċċjaw Malta u l-Italja, u saħaq li ż-żewġ pajjiżi “qed jitħallew waħedhom biex jaffaċċjaw il-problema.”