Il-Prim Ministru Ingliż jirċievi telefonata qarrieqa

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron irċieva telefonata qarriera mingħand xi ħadd li qal li kien Robert Hanningan id-Direttur tal-Aġenzija tal-Gvern għall-Moniteraġġ (GCHQ).
Matul it-telefonata Cameron ma żvela l-ebda informazzjoni sensittiva u temm it-telefonata meta kien ċert li kienet qarrieqa.
Fid-dawl tal-allert minħabba t-terroriżmu u żieda fis-sorveljanza, il-Gvern Ingliż se jkun qed jirrevedi l-proċeduri tas-sigurtà.
Qed issir ukoll investigazzjoni mill-Aġenzija stess wara li n-numru tal-mowbajl ta’ Hanningan ingħata f’telefonata qarrieqa li saret aktar kmieni.  Hu mifhum li t-telefonata qarrieqa ma’ Cameron kienet qasira.