​Il-Prim Ministru f’Pariġi għal konferenza dwar il-Libja

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat huwa fi triqtu lejn Pariġi biex jipparteċipa f’laqgħa dwar il-Libja.
Preżenti għal-laqgħa se jkun hemm Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Marokk, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Arabja Sawdija, il-Qatar, it-Turkija u istituzzjonijiet reġjonali.       
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qed jakkumpanja lil Muscat.