Il-Prim Ministru fl-Istati Uniti għall-assemblea tal-Ġnus Magħquda

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħalla Malta llum wara nofsinhar biex imur f’New York fl-Istati Uniti fejn se jkun qed jieħu sehem fis-sitta u tmenin sessjoni tal-assemblea ġenerali tal-Ġnus Magħquda.

Matul din il-ġimgħa, mexxejja minn 193 pajjiż se jiddiskutu dwar il-passi meħtieġa biex titjieb il-ħajja tal-popli dinjin. Fost it-temi li se jkunu diksussi hemm il-paċi u s-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent, l-assistenza umanitarja u d-drittijiet tal-bniedem.

Matul iz-zjara tieghu fl-Istati Uniti, il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkollu wkoll numru ta’ taħdidiet bilaterali ma’ diversi pajjiżi fosthom mill-Asja, mill-Afrika u mil-Lvant Nofsani.

Dr Muscat se jżur ukoll il-kommunità Maltija fi New York kif ukoll numru ta’ kumpaniji u soċjetajiet Maltin f’Toronto, il-Kanada.