Il-Prim Ministru f’Abu Dhabi jawgura lill-atleti Maltin għall-Ispecial Olympics

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-mara tiegħu Michelle jinsabu f’Abu Dhabi flimkien mal-kontinġent Malti magħmul minn madwar 50 persuna li qed jieħdu sehem fl-Olimpjadi Speċjali.

Il-Prim Ministru u l-mara tiegħu qattgħu ftit ħin mal-atleti u wasslulhom ix-xewqat sbieħ tal-poplu Malti u Għawdxi. Muscat qal li f’dawn il-logħob Malta qed turi li tista’ tikkompeti f’diversi dixxiplini u takkwista riżultati tajbin. Huwa awgura kull suċċess lil dawn l-atleti.

Il-Prim Ministru flimkien Michelle Muscat, id-Direttur tal-Ispecial Olympics Malta Anna Calleja, is-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius  Decelis iltaqgħu maċ-chairperson tal-Ispecial Olympics Tomothy Shriver fejn ġew diskussi oqsma ta’ koperazzjoni.

Min-naħa tiegħu ċ-chairperson tal-Ispecial Olympis faħħar lil Michelle Muscat għall-ħidma u koperazzjoni mal-Kumitat tal-Olimpjadi Speċjali Internazzjonali biex ikompli jitkattar dan il-kunċett madwar l-Ewropa.