Il-Prim Ministru f’laqgħa ma’ Ministru Tuneżin fiċ-Ċina

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa' mal-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi Tuneżin Ridha Saidi f'laqgħa bilaterali li saret waqt id-Davos Summer Forum fiċ-Ċina.

Iż-żewġ naħat tkellmu dwar diversi suġġetti ta' interess bejn iż-żewġ pajjiżi fosthom opportunitajiet ta' negozju.

Ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni fis-Sirja, liema kriżi taffettwa r-reġjun tal-Mediterran. Qalu li huma kontra azzjoni militari sakemm ma tkunx sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà filwaqt li kkundannaw il-vjolenza fis-Sirja.

Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru hemm id-Deputat Prim Ministru Louis Grech, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Carmelo Abela u ċ-Chairman tal-Malta Enterprise Mario Vella.

 

Ritratti: DOI – Reuben Piscopo