Il-Prim Ministru Awstraljan qrib rebħa sorprendenti

Hekk kif qed jingħaddu l-aħħar voti fl-Awstralja, li l-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qed jittama li l-elezzjoni tal-bieraħ twassal biex tagħtih Gvern ta’ maġġoranza.

Il-koalizzjoni konservattiva tiegħu għelbet kull aspettativita’ u trid biss tliet siġġijiet oħra biex jakkwista maġġoranza.

Waqt li qed jindirizza lill-partitarji tiegħu, Morrison qalilhom li hu dejjem kien jemmen fil-mirakli.

L-stħarriġ tal-opinjoni pubblika magħrufa Exit poll kien qed juru l-ewwel rebħa għall-partit laburista f’sitt snin.

Il-mexxej laburista Bill Shorten irreżenja fid-dawl ta’ din it-telfa sorprendenti. Hekk kif jingħaddu 75 fil-mija tal-voti, il-koalizzjoni tal-Liberali Nazzjonali rebħu u diġa akkwistaw 73 siġġu minn 76 li għandhom bżonn bil-laburisti li jakkwista 65 siġġu.