Il-Prim Imħallef Emeritu Harding imut jum wara martu

Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu, il-Professur Hugh W Harding fl-età ta’ 88 sena. Huwa miet jum wara li mietet martu Marian Harding.
Harding jibqa’ mfakkar bħala ġudikant ta’ integrità u serjetà li dejjem ħadem favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt. Jibqa’ magħruf ukoll għax-xogħol li wettaq bħala avukat tat-tarznari.
Il-Prim Imħallef Emeritu kien inħatar Imħallef fl-1980 u Prim Imħallef seba’ snin wara.
Il-Gvern jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-familja kollha.