Il-Prim Awla tilqa’ l-kawża tal-PM kontra Gaffarena

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet proviżorjament it-talba għal mandat ta’ sekwestru fil-kawża li l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Avukat Ġenerali fetħu kontra Mark Gaffarena u martu.
Kien il-Prim Ministru li mar personalment fil-Qorti biex jiftaħ din il-kawża wara li tressaq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fil-Parlament dwar dan il-każ.
Fit-talba għall-mandat ta’ sekwestru, il-Gvern qed jitlob garanzija fuq l-ammont li ġie mħallas fi flus lill-koppja, biex jingħata lura l-flus u biex il-Qorti tordna li jintradd kollox lura inkluż il-propjetajiet li kien ingħata.