“Il-prijoritajiet tan-nies għandhom ikunu l-prijoritajiet tagħna”-Louis Grech

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech saħaq li hemm bżonn li l-ewwel u qabel kollox l-Ewropa għandha tieħu ħsieb dak li qed iħasseb u jinkwieti liċ-ċittadini fil-preżent.

Dan qalu waqt li ħa sehem fil-laqgħa annwali “Dwar il-Futur tal-Ewropa” li saret fi Spanja u li għalliha attendew il-Ministri tal-Affarijiet Barranin minn numru ta’ pajjiżi Ewropej.

Fost ir-realtaijiet li qed iħabbtu magħhom ċittadini Maltin, Louis Grech semma’ l-immigrazzjoni irregolari. Huwa qal li t-tħassib taċ-ċittadini dwar din ir-realta għandhom jiġu solvuti b’mod kollettiv u għalhekk spjega kif l-Unjoni Ewropea għandha tieħu ħsieb tara kif il-pożizzjonijiet tagħha se jolqtu lill-pajjiżi l-aktar milquta.

Fost punti oħra, d-deputat Prim Ministru tkellem dwar l-importanza li jinħolqu aktar impjiegi għaż-żgħażagħ.

Minbarra din il-laqgħa, Louis Grech kellu numru ta’ laqgħat ma’ Ministri Ewropej fejn magħhom iddiskuta temi preżenti fosthom l-immigrazzjoni irregolari.