Il-prijoritajiet ta’ Malta għall-Presidenza tal-UE se jinkludu l-immigrazzjoni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg qal li Malta qed thejji l-pirjoritajiet tagħha meta tieħu f’idejha l-Presidenza Ewropea.
F’laqgħa f’Stokkolma ma’ Hans Dalhgren li huwa s-segretarju tal-Istat tal-Prim Ministru Żvediż Stefan Löfven, ġew diskussi l-prijoritajiet ta’ Malta li se jinkludu l-immigrazzjoni irregolari u l-koperazzjoni mal-pajjiżi ġirien fil-Mediterran.
Malta se tkun qed tokkupa l-Presidenza tal-UE bejn Jannar  u Ġunju 2017. 
Fl-istess laqgħa issemmew oqsma oħra li fihom tista’ tikber il-koperazzjoni bejn Malta u l-Iżvezja, fosthom l-intrapriża u l-użu tal-fondi Ewropej.