Il-prijorità għall-President il-ġdid tat-Turkija hija s-sħubija fl-UE

Recep Tayyip Erdogan, permezz tal-ewwel diskors tiegħu bħala l-President il-ġdid tat-Turkija saħaq kif il-prijorita’ għalih hija s-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea.
Huwa semma’ ukoll il-bżonn ta’ riformi demokratiċi u l-proċess ta’ paċi mal-Kurdi.
It-Turkija ilha bil-ħsieb li tidħol fl-Unjoni Ewropea għal dawn l-aħħar 10 snin.
Waqt l-ewwel ċerimonja uffiċċjali tiegħu, l-istess Erdogan ippreżenta medalja tal-unur lill-predeċessur tiegħu, Abdullah Gul.