Il-priġunieri f’Kordin jipproduċu maskri u tagħmir ieħor

Read in English.

Priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jipproduċu maskri u tagħmir protettiv ieħor, li mhux biss jintuża mill-uffiċjali u r-residenti tal-Faċilità, iżda anke minn entitajiet governattivi oħra.

Fi stqarrija, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li r-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jagħtu eżempju ċar ta’ kif il-pajjiż kollu għandu jkun magħqud f’dan il-mument ta’ sfida. Enfasizza kif dawn huma inizjattivi li juru wkoll ta’ kif għandha sservi l-faċilità korrettiva, fejn jirbaħ ir-riabilitazzjoni fuq il-kastig.

Minn naħa tagħha, it-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva spjegat kif din id-deċiżjoni hija eżempju ċar ta’ ġustizzja riparatriċi fejn, minkejja li l-priġunieri għamlu ċertu żbalji li bihom naqqsu lis-soċjetà, illum qed iroddu lura xi ħaġa ta’ ġid f’dan il-mument diffiċli għall-pajjiż.