Il-prezzijiet tad-djar Maltin ogħla mill-persentaġġi annwali tal-UE

Il-prezzijiet tad-djar Maltin għadhom ogħla mill-persentaġġ annwali taż-Żona Ewro u l-Unjoni Ewropa, skont statistiċi ġodda.

Skont l-aħħar data mill-Eurostat, l-erba’ kwarti tal-2018 f’Malta huma bejn wieħed u żewġ punti perċentwali ogħola mill-persentaġġi medji taż-Żona Ewro u tal-UE.

Fir-raba’ kwart waħdu, Malta rreġistrat tkabbir annwali ta’ 6.2% fl-2018. Dan huwa 2% aktar mill-medja Ewropea u 1% aktar mill-istess perjodu fl-2017.

Il-prezzijiet tad-djar Maltin kienu aktar minn dawk f’pajjiżi akbar tal-UE bħar-Renju Unit (2.6%), Franza (3.2%) u l-Ġermanja (4.6%).

Tista’ taqra rapport dettaljat minn hawn.