Il-prezzijiet tad-djar jiżdiedu b’aktar minn 5%

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, il-prezzijiet tad-djar f’Malta żdiedu bi ftit aktar minn 5% meta wieħed iqabbel dan il-perjodu mal-ewwel kwart tas-sena li għaddiet.
Minkejja dan, fl-ewwel tliet xhur tal-2017, il-prezzijiet tad-djar f’Malta naqsu b’5.4% meta wieħed iqabbilhom mal-aħħar kwart tas-sena 2016.
Dan joħroġ minn statistika maħruġa mill-Eurostat li turi kif Malta rreġistrat l-ikbar tnaqqis fil-prezzijiet tad-djar, fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fuq l-aħħar kwart tal-2016.
Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-prezzijiet tad-djar żdiedu l-aktar fir-Repubblika Ċeka (12.8%), fil-Litwanja (10.2%) u l-Latvja (10.1%). Il-prezzijiet naqsu bi ftit fil-Kroazja (0.4%) u l-Italja (0.1%).
B’kollox, il-prezzijiet tad-djar fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea żdiedu b’4.0% u b’4.5% fost il-pajjiżi taż-Żona Ewro.

Ritratt: Ian Noel Pace