Il-prezzijiet tad-djar f’Malta jogħlew b’5.5%

Il-prezzijiet tar-residenzi f’Malta għolew b’5.5%.
Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Eurostat, li jqabbel il-perjodu ta’ bejn April u Ġunju ta’ din is-sena, ma’ dak tas-sena li għaddiet.
L-istess stħarriġ li ġie ppublikat illum juri li l-prezzijiet tad-djar fl-Unjoni Ewropea żdiedu b’4.4%.
L-akbar żieda annwali ġiet irreġistrata fir-Repubblika Ċeka (+13.3%), segwita mill-Irlanda u l-Litwanja. Fl-Italja l-prezzijiet niżlu b’0.2%.
Stħarriġ mill-European Observatory of Working Life jindika li fejn tidħol iż-żieda reali fil-paga minima, bejn Jannar tal-2010 u Jannar tal-2017 Malta rat tnaqqis ta’ 1.4% fil-paga minima.