Il-prezzijiet tad-djar f’Malta jorħsu bi ftit

Il-prezzijiet tad-djar f’Malta fit-tliet xhur bejn Lulju u Settembru, naqsu b’0.9% meta mqabbla mat-tliet xhur bejn Marzu u Ġunju.
Imma fl-istess ħin, żdiedu b’4.1% meta mqabbla mas-sajf ta’ sena qabel.
Skont il-Eurostat, ir-roħs marġinali fil-prezz tad-djar fis-sajf li għadda mqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel hu t-tieni l-ikbar waqgħa fl-UE.
B’kuntrast, il-prezz tad-djar fiż-żona ewro fl-istess żmien żdied b’medja ta’ 0.6% waqt li fl-UE kollha kemm hi, iż-żieda kienet ta’ 1.1%.
Meta t-tqabbil isir mal-istess żmien fis-sena ta’ qabel, il-prezz tad-djar fiż-żona ewro żdied b’0.5% u fit-28 pajjiż membru tal-UE bi 2.3%.