Il-prezz tan-Nutella jista’ jogħla!

Madwar 70% tat-tkabbir tal-ġellewża jsir qrib il-kosta tal-Baħar l-Iswed fit-Turkija, iżda kawża tal-maltemp u s-silġ li ħakem tul din is-sena inqerdu l-fjuri essenzjali biex tikber il-ġellewża.
Kawża t’hekk il-prezz tal-ġellewż diġa ogħla b’60% u dan affettwa mhux ftit lil dawk li anke jipproduċu ċ-ċikkulati bil-ġellewża.
Għalkemm il-ħsara kawża tal-maltemp għadha mhux ċara, hu mifhum li din is-sena se jkunu biss 540,000 tunellata ta’ ġellewża li jiġu produċuti filwaqt li s-soltu l-mira tkun ta’ 800,000 tunnellata.
Il-kumpanija Ferrero li tipproduċi n-Nutella kif ukoll iċ-ċikkulatini tal-Ferrero Rocher tixtri kwart tal-ġellewż li jiġi prodott u allura l-ispiża fin-nefqa tista’ twassal biex il-kumpanija iżżid il-prezzijiet tal-prodotti tagħha.