Il-prezz tal-unleaded petrol jiżdied b’1c

L-EneMalta ħabbret li l-prezz tal-unleaded petrol żdied b’1c. Dan ifisser li l-prezz ta’ litru unleaded petrol se jiswa’ €1.48 . Il-prezz tad-diesel baqa’ l-istess, €1.38.

Intant, il-prezz tal-gasoil żdied b’2c ta’ ewro. Fi stqarrija l-Enemalta qalet li dawn il-prezzijiet jirriflettu l-prezz tal-aħħar konsenja ta’ fjuwil.