Il-prezz tal-propjetà f’Malta jiżdied fl-2014

Il-prezz tal-propjetà f’Malta din is-sena żdied b’medja ta’ 6% meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tal-2013.
Dan meta fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet, il-prezz tal-propjetà kien naqas b’medja ta’ 2.7%.
Kemm fl-ewwel tliet xhur tas-sena kien hemm żieda ta’ 6%, u bejn April u Ġunju ż-żieda telgħet għal 6.4%.
Ċifri tal-Eurostat juru b’mod speċifiku li fit-tieni kwart tas-sena, jiġifieri bejn April u Ġunju, il-prezz tal-propjetà żdied b’mod sostanzjali f’diversi pajjiżi tal-UE u taż-żona ewro.
L-ikbar żidiet rathom l-Irlanda b’6.8%, il-Litwanja b’4.1%, id-Danimarka u r-Renju Unit bi 3.9%. Is-Slovenja kellha l-ikbar waqa’ fil-prezzijiet, bi 2.6%, ir-Rumanija b’1.3% u l-Italja b’nofs punt perċentwali.