Il-prezz tal-produzzjoni industrijali żdied b’0.45% f’Mejju

F’Mejju, l-prezz tal-produzzjoni industrijali żdied b’0.45% meta mqabbel max-xahar ta’ qabel.
Dan jirriżulta mill-istatistika proviżorja tal-NSO.
Ix-xahar li għadda, il-prezzijiet intermedjarji żdiedu b’1.28% filwaqt li l-prezzijiet tal-prodotti għall-konsumatur naqsu b’0.40%.
Il-prezzijiet tal-enerġija u l-prodotti kapitali baqgħu l-istess.
Fuq medda ta’ sena, il-prezz tal-produzzjoni industrijali f’Mejju naqas bi 3.03% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.