Il-prezz tal-pastizzi jogħla

Arkivji

Sorsi mhux konfermati fil-midja jgħidu li l-prezz tal-pastizzi se jiżdied bi 33% li jfisser minn 30ċ il-prezz se jitla’ għal 40ċ. Dan qed isegwi t-tendenza taż-żieda fil-prezz tal-ħobż minħabba ż-żieda fil-prezz tad-dqiq.

Bosta kienu dawk li lmentaw b’din iż-żieda iżda oħrajn qed jgħidu li din se tkun opportunità biex jespandu n-negozju tagħhom.

Il-pastizzi jibqgħu ikel popolari kemm mat-turisti kif ukoll mal-Maltin, mhux biss f’Malta iżda barra wkoll b’mod speċjali f’pajjiżi fejn hemm numru ta’ immigranti Maltin bħall-Awstralja u l-Kanada.