Il-prezz għal Fernandez wisq għoli skont United

L-attentat biex Manchester United jieħdu magħhom lill-midfielder ta’ Sporting Lisbon Bruno Fernandes waqaf minħabba li ż-żewġ naħat mhux jaqblu fuq il-prezz.

Sporting qed jitolbu €80 miljun għal Fernandes li għandu 25 sena. Iżda jidher li United mhux lesti li jħallsu daqsekk. Il-laqgħat għaddejjin ġmielhom għall-plejer li s-Sajf li għadda Tottenham Hotspur stmaw li jiswa €45 miljun.

United ma ċaħdux il-possibbilità li jmorru għal alternattivi oħra minflok. Dan ix-xahar għamluha premura li jsibu midfielder li jista’ jingħaqad magħhom. Madankollu, stqarrew li se jħarsu biss lejn il-plejers li diġà hemm possibiltà li jmorru ma’ United u mhux se jibdew bit-tfittxija mill-bidu. Jidher iżda li l-ewwel priorità se jkun Fernandes.

United tkellmu ma’ Sporting u avżawhom li mhux se jiffirmaw lil Fernandes jekk il-prezz mhux se jnaqqsuh. Solskjaer u l-assistent tiegħu mike Phelan marru jaraw lil Fernandes jilgħab kontra Porto fil-5 ta’ Jannar.