Aġġornata (2): Il-preżentaturi ta’ TVAM jitħallsu €50, €100 u €150

Skont il-Kelliema tal-Ministeru għall-Intern il-preżentaturi tal-breakfast show TVAM Pablo Micallef jitħallas €150 kuljum għal kull programm fil-waqt li l-ġurnalista Norma Saliba tieħu €50.

Fil-Parlament il-Ministru Manuel Mallia qal li l-preżentatriċi ta’ TVAM għandha salarju ta’ €21,000 fis-sena, €2,000 allowance.  

Fi tweġiba oħra, il-Ministru qal li Saliba tingħata €60 għal kull programm. 

Aktar kmieni, f'kuntatt ma' Newsbook.com.mt Norma Saliba ċaħdet li apparti l-paga tagħha ta' ġurnalista, titħallas €100 jew €150 kuljum.

Sal-aħħar  ta’ Lulju li għadda, Saliba kienet taħdem fi ħdan il-MEUSAC u mbagħad ġiet sekondata mal-Istazzjon Nazzjonali, fuq esiġenza u bżonn tal-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS.

Pablo Micallef jaħdem ukoll bħala lekċerer tal-Midja fi ħdan l-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST.

F'din l-iskeda tal-breakfast show, Joe Mifsud jieħu ħsieb jagħmel l-analiżi tal-ġurnali.

Il-Ministru Mallia sostna li l-preżentaturi ta’ TVAM intgħażlu skont il-prassi tal-Bord Editorjali.