Il-prevenzjoni tas-suwiċidju u s-saħħa ta’ persuni LGBTIQ

Il-prevenzjoni tas-suwiċidju u s-saħħa ta’ persuni LGBTIQ se tkun it-tema ta’ konferenza minn Drachma għall-ġenituri, edukaturi, operaturi pastorali u professjonisti.
L-għan hu li titqajjem kuxjenza dwar is-suwiċidju u l-każijiet ta’ persuni li jagħmlu l-ħsara lilhom infushom, suġġetti li huma siekta minħabba t-tabù soċjali.
Matul il-konferenza membri ta’ Drachma se jitkellmu fl-isfond ta’ dawn ir-realtajiet.
Flimkien magħhom se jkun hemm tliet kelliema: Connie Magro, Viċi President ta’ EUFAMI u responsabbli għas-Sapport tal-Familja fil-Fondazzjoni St Jeanne Antide, Matthew Bartolo, terrapista speċjalizzat fuq is-sesswalità u r-relazzjonijiet u Dr Nicholas Briffa, psikologu kliniku u apprentist sesswologu.
Il-konferenza se ssir nhar is-Sibt, 30 ta’ Jannar, fid-dar tal-Iritiri Mount St Joseph, il-Mosta, mid-9am sas-1pm.