Il-Presidenti tat-Turkija u tal-Istati Uniti jiddiskutu l-qagħda fis-Sirja

FILE PHOTO - U.S. President Donald Trump and Turkish President Tayyip Erdogan speak at the start of the NATO summit in Brussels, Belgium July 11, 2018. REUTERS/Reinhard Krause

Il-qagħda fis-Sirja kienet is-suġġett ta’ telefonata bejn il-President Tork u dak Amerikan. hu mifhum li d-diskussjoni tul din it-telefonata iffukat fuq il-pjanijiet dwar kif ser titħaddem iż-żona sikura li trid tiġi stabbilita anke fid-dawl ta’ attakk militari fil-grigal tal-pajjiż.

Is-Sibt il-President Tork Erdogan kien kritiku lejn l-Istati Uniti minħabba li skont hu din kienet qed tostakola il-ħolqien ta’ sigurta sikura.

Erdogan esprima il-frustrazzjoni li l-Istati Uniti qed tfalli fl-implimentazzjoni tal-ftehim li kien ntlaħaq bejn iż-żewġ naħat.

Ġie stabbilit li ż-żewġ mexxejja jiltaqgħu f’Novembru dwar l-iżvillupp.