Il-Presidenti Ewropej jiffirmaw il-ftehim ta’ Brexit

Read in English.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel dalgħodu ffirmaw il-ftehim ta’ Brexit. Il-ftehim sar fil-preżenza ta’ Michel Barnier, in-negozjatur inkarigat mill-Brexit fl-Unjoni Ewropea.

Fi tweet li kiteb dwar dan il-pass, Michel qal li l-affarijiet se jinbidlu imma l-ħbiberija se tibqa’. Stqarr li issa se jibda kapitlu ġdid tal-UE u r-Renju Unit bħala msieħba u alleati.

Il-ftehim sar liġi wara li kiseb l-approvazzjoni tar-Reġina. Dan ifisser li r-Renju Unit uffiċjalment ħa joħroġ mill-UE fil-31 ta’ Jannar.

Il-Parlament Ewropew ħa jagħti l-permess preliminari għall-ftehim nhar il-Ħamis. Il-vot finali mbagħad jittieħed fil-Parlament Ewropew il-ġimgħa d-dieħla.