Il-President Ukren jitlob l-għajnuna tal-Papa biex jinħelsu l-priġunieri

Pope Francis meets with Ukrainian President Volodymyr Zelensky during a private audience at the Vatican, February 8, 2020. Gregorio Borgia/Pool via REUTERS

Read in English.

Il-President Ukren Volodymyr Zelenskiy staqsa għall-għajnuna lill-Papa Franġisku biex jinħelsu l-priġunieri li qed jinżammu mir-Russja u r-Russi separatisti.

Fi tweet Zelenskiy qal li l-Papa qed jagħmel dak kollu possibbli biex ikun hawn il-paċi u l-armonija fid-dinja. Żied li huwa talbu għall-għajnuna sabiex jinħelsu l-Ukreni li jinsabu miżmuma f’Donbass, il-Krimea u r-Russja.

Ir-relazzjonijiet bejn l-Ukraina u r-Russja spiċċaw wara l-annessjoni ta’  Moska fil-peniżola tal-Krimea fl-2014 u l-appoġġ tas-separatisti f’kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina. Il-Vatikan għandu relazzjonijiet diplomatiċi kemm mal-Ukraina kif ukoll mar-Russja.

Il-forzi tal-Gvern Ukren u r-Russi separatisti fid-29 ta’ Diċembru għamlu tpartit tas-suldati fir-reġjun ta’ Donbass. Għadu mhux ċar kemm għad fadal suldati Ukreni miżmumin fir-Rissja imma attivisti qed jgħidu li fadal madwar 100.