Filmat: Il-President ukoll taqla’ barmil silġ u tinnomina lill-MEPs Maltin

Il-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca ngħaqdet ma' diversi politiċi u għamlet l-ALS Ice Bucket Challenge.
Coleiro Preca għamlet din l-isfida, waqt li kienet qed tiltaqa' mal-Membri tal-Kunsill Studenti Universitarji fil-Palazz ta' Verdala.
Infatti kien il-President tal-KSU, Gayle Lynn Callus li tefa' l-barmil ilma friżat lill-President ta' Malta.
Min-naħa tagħha l-President innominat lis-sitt MEPs Maltin biex jingħaqdu għal din l-isfida.
Diversi politiċi oħra, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel din l-isfida flimkien mal-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi. 
Minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni mhux se jagħmel l-isfida, xorta waħda ta donazzjoni lil Puttinu Cares.

Ritratt: Michelle Grech, Insite – The Student Media Organization