Il-President u żewġha jduru l-iskejjel għall-Istrina 2017

Hekk kif kulma jmur qed joqrob l-avveniment annwali tant mistenni, l-Istrina 2017, il-preparamenti u l-attivitajiet għalih ilhom li bdew.

Dil-ġimgħa l-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca flimkien ma' żewġha Edgar Preca, żaru bosta skejjel biex jgħaddu l-messaġġ ta' karità.
Huma kienu qed jiġbru l-karusijiet li t-tfal ħadu ħsieb jimlew minn Ottubru marbutin mal-Kampanja BOV Piggy Bank għall-Istrina.