Il-President tniedi uffiċjalment L-Istrina 2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca illum uffiċjalment niedet ‘L-Istrina b’Solidarjetà’ b’disa’ attivitajiet kbar.
L-attivitajiet kollha kienu immirati biex jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Fid-diskors tagħha, il-President għamlet appell imqanqal lill-poplu Malti u Għawdxi biex jifhem għalfejn L-Istrina ta’ din is-sena trid tkun festa kbira ta’ solidarjetà.
Spjegat kif it-talbiet u l-ispejjeż għall-għajnuna kibru ħafna minn mindu laħqet President.
Marie Louise Coleiro Preca qalet li hemm bżonn li l-fond jilqa’ għall-isfidi tal-ispejjeż u l-inċidenza tal-mard tal-kanċer.
Sostniet ukoll li temmen li l-poplu Malti u Għawdxi dejjem kien rebbieħ meta ġew battalji kbar għas-solidarjetà u qalet li m’hemm xejn isbaħ minn soċjetà fejn il-membri jaħsbu f’xulxin.
 
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott