Awdjo: Il-President titlob lil Marlene Farrugia ma tmurx iċ-ċelebrazzjoni tal-PL

Id-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia qalet li l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ċemplitilha u talbitha ma tattendix għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, organizzata mill-Partit Laburista.
Fuq Facebook, Marlene Farrugia kitbet li l-President qaltilha biex ma tattendix, “minħabba s-sitwazzjoni politika u r-rabja li hawn fil-pajjiż bħalissa.”
Farrugia saħqet li lill-ħaddiema li talbuha biex tkun magħhom, tgħidilhom li xorta se tkun magħhom fl-ispirtu.
Saħqet li l-President ma talbithiex għalxejn u se tirrispetta t-talba tagħha.