Il-President titkellem fi Spanja dwar il-paċi u l-iżvilupp sostenibbli

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca se tkun qed tindirizza forum dwar il-paċi u l-iżvilupp sostenibbli, fost impenji oħra.
Għal din is-sessjoni fil-Forum Crans Montana, bit-tema ‘Which world for tomorrow?’, Colero Preca telqet Spanja, u l-kariga tagħha se tkun qed tokkupaha Dolores Cristina sakemm tiġi.
Barra minn hekk, il-President se twassal it-tieni diskors tagħha f’sessjoni oħra mill-forum.
Imbagħad, hi mistennija żżur l-Awtorità Dinjija tat-Turużmu, fejn se tiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali Taleb Rifai.
Se żżur ukoll l-Unjin tal-Mediterran, fejn mistennija tiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali, l-Ambaxxatur Fathallah Sijilmassi.