Il-President titkellem f’Oxford dwar id-drittijiet tal-bniedem

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca indirizzat lill-membri ta’ Oxford Union fejn tkellmet dwar l-importanza tad-drittijiet tal-bniedem fid-dawl tat-tfakkir mis-70 sena anniversarju mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan għamlitu waqt żjara f’Oxford, fl-Ingilterra.

Hija ħadet sehem ukoll f’sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba fejn il-membri kellhom l-opportunità jistaqsu dwar diversi temi kurrenti. Coleiro Preca iltaqgħet ukoll mar-rappreżentanti tal-Maltese Culture Centre u rringrazjathom tal-ħidma kontinwa tagħhom fit-tisħiħ tar-relazzjoni kulturali u ekonomika bejn Malta u r-Renju Unit.

Hija żaret ukoll żewġ sptarijiet f’Birmingham u Leicester fejn iltaqgħet ma tobba Maltin li qedin jieħdu taħriġ speċjalizzat.