Il-President tiltaqa’ ma’ voluntiera Sależjani u ma’ avukati li jgħinu lil dawk bla flus

Tissokta ż-żjara tal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Polonja.
Fost l-oħrajn ilbieraħ iltaqgħet mas-Servizz Volontarju tal-Missjunarji Sależjani fi Krakovja li spjegawlha kif il-ħidma tagħhom tikkonsisti billi jinġiebu għadd ta’ voluntiera li wara taħriġ li jkun hemm bżonn, jintbagħtu f’missjonijiet diversi f’għadd ta’ pajjiżi fejn hemm bżonn proġetti li jtejbu l-ħajja tal-bniedem.
Fost dawn il-pajjiżi jintbagħtu l-Indja, il-Kenja, il-Malawi, Tanzani, ir-Russja u l-Ukraina.
Iltaqgħet ukoll ma’ rappreżentanti tal-NGO Law Advisory Centre, għaqda ta’ avukati li jiffukaw biex jgħinu persuni li ma jkollhomx flus għal għajnuna legali.
Minħabba li fil-pajjiż m’hemmx sistema ta’ Legal Aid, din l-għaqda toffri servizzi tagħha bla ħlas u tħarreġ għadd ta’ student tal-liġi biex tingħata għajnuna lill-persuni vulnerabbli fosthom persuni li jsofru minn vjolenza domestika.