Il-President tiltaqa’ ma’ Nas Daily

Il-President Marie Louise Coleiro iltaqgħet mal-vlogger Nuseir Yassin, magħruf bħala Nas Daily.
Hi faħħritu tal-ħidma tiegħu, u żiedet tgħid li hu eżempju ta’ kif l-Internet jista’ jkun għodda meta f’idejn tajba.
B’iktar minn 5.5 miljun follower fuq Facebook, Nas magħruf għal vidjows ta’ minuta kollox li jtella’ kuljum, fuq nies u pajjiżi differenti.