Il-President tikkundanna ż-żufjett bil-mard mentali fil-Karnival

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kkundannat l-aġir li seħħ fil-Karnival tan-Nadur fejn kien hemm min offenda nies għaddejjin minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali.
Fi stqarrija f’reazzjoni għall-vann li spikka fil-Karnival tan-Nadur u li fuqu kellu miktub "Mount Carmel Taxi, Crazy, Sick People", Coleiro Preca qalet li mhuwiex aċċettabbli li biex wieħed jiddeverti joffendi lil nies li għaddejjin minn diffikultajiet ta' saħħa mentali. Hija qalet li tikkundanna l-aġir ta’ dawk li pparteċipaw fil-Karnival “b’mod irresponsabbli u insensittiv”.
Hija qalet li tinsab f’solidarjetà ma’ dawk kollha li għaddejjin minn diffikultajiet b’rabta mas-saħħa mentali f’Malta flimkien mal-familjari tagħhom
Il-President appellat għall-għaqda biex l-istigma fuq is-saħħa mentali f’Malta “tispiċċa darba għal dejjem.”