Assassinju DCG: “Uru solidarjetà mal-familja” – Il-President

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca ħeġġet lill-poplu biex kulħadd ikun meqjus fi kliemu u ma jagħmilx ġudizzji.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali u aktar tard fuq PBS, il-President, li bħalissa tinsab l-Ukraina, ħeġġet lil kulħadd biex juri solidarjetà ma’ wlied u żewġ Daphne Caruana Galizia.
Appellat ukoll għall-għaqda Nazzjonali u biex kulħadd iħalli l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha, fl-aħjar interess tal-familja u d-demokrazija tal-pajjiż.