Il-President tħalli Malta għall-Bulgarija fuq stedina tal-Kunsill tal-Ewropa

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca ħalliet Malta għal żjara f’Sofia fil-Bulgarija fuq stedina mill-Kunsill tal-Ewropa.
Coleiro Preca se tkun qed tindirizza l-konferenza “Reaching the heights for the rights of the child,” li matulha se tiġi mnedija l-istrateġija tad-drittijiet tat-tfal għas-snin 2016-2021.
Fl-istess żjara, il-President ser ikollha laqgħat bilaterali mal-President tal-Bulgarija Rosen Plevneliev, mal-Kummissarju tad-Drittijiet Fundamentali fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa u anke mal-Kap tad-Diviżjoni għad-Drittijiet tat-Tfal fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa.
 
Ritratt: Clifton Fenech