Il-President tħalli Malta għall-Ażerbajġan

Dalgħodu, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħalliet il-pajjiż għal Baku fl-Ażerbajġan biex tindirizza l-laqgħa tal-United National Alliance of Civilizations.
Għada, il-President mistennija tattendi għall-ftuħ tas-seba’ edizzjoni tal-Forum fiċ-Ċentru tal-konvenzjonijiet ta’ Baku.
Iktar tard, għall-ħabta tat-3pm, il-President, mistennija tindirizza laqgħa tal-UNAOC Group of Friends.
Il-President mistennija tasal lura Malta nhar l-Erbgħa li ġej.