Il-President tħalli Malta għal żjara statali fir-Repubblika tal-Ghana

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca ħalliet Malta għal żjara statali fir-Repubblika tal-Ghana.
Matul iż-żjara tagħha hija se jkollha taħditiet bilaterali mal-President tar-Repubblika tal-Ghana Addo Dankwa Akufo-Addo u se tindirizza forum tan-negozju f’Accra.
Jakkumpanja lill-President, hemm il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.
Fl-assenza ta' Marie-Louise Coleiro Preca, Dolores Cristina se tkun qed taqdi l-funzjoni ta’ Aġent President.